Il-Viċi President tal-Istati Uniti JD Vance ħabbar li l-Istati Unit u l-Iran ma wasslux għal ftehim wara l-laqgħa għal Paċi li saret fl-Islamabad, fil-Pakistan
Vance qal li l-Iran għażel li ma aċċettax it-termini tagħna’ l-Istati Uniti, u żied li l-Istati Uniti għandha bżonn tara impenn fundamentali mingħand Tehran biex ma jiżviluppawx armi nukleari.
Fir-realta’ ż-żewġ naħat waħħlu f’xulxin.
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Iranjan qal li t-taħditiet kienu intensivi imma talab lil Washington biex ma jagħmilx talbiet eċċessivi u illegali.
Kien jInħass b’mod ċar li kien hemm sens ta’ diżappunt dwar kif intemmu dawn id-diskussjonijiet.
Intant qabel ma bdew it-taħditiet, il-President Amerikan Donald Trump qal li ma taghmilx differenza għalih jekk jintlaħaqx ftehem jew le, jiġri x’jiġri, aħna se nirbħu.
//= $special ?>

