Lokali

Titħabbar il-mewt tas-Surmast Aurelio Belli

Tħabbret il-mewt tas-Surmast u Maestro Aurelio Belli fl-età ta’ 49 sena.

Bosta sellmu l-memorja tiegħu partikolarment dawk l-artisti, mużiċistri, kantanti u preżentaturi li tul dawn is-snin ħadmu miegħu.

Huwa twieled nhar il-25 ta’ Ottubru, tal-1976 u trabba fil-Ħamrun.

Sa minn età ċkejkna huwa kellu ġibda lejn il-mużika fejn tgħallem l-istrumenti tal-kuntrabaxx u t-trumbun.

Filwaqt li huwa kien attiv ma diversi baned lokali huwa kien ukoll jgħallem diversi strumenti tar-ramm fosthom mal-Każin tal-Banda tad-Duke of Connaught’s Own Band Club f’Birkirkara, fejn kien ukoll surmast direttur.

Aurelio Belli kellu wkoll rwol importanti fl-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta kif ukoll f’kunċerti bħal Rockestra u l-festival mużikali Mużika, Mużika.

Tul dawn is-snin huwa kien qed iħabbat wiċċu mal-isfida tal-kanċer,

Aurelio Belli kien miżżewweġ u kien missier ta’ tifla.