Għalkemm il-Festa tal-Għid għall-Ortodossi kellha tissimbolizza perjodu ta’ kwiet relattiv, l-Ukrajna u r-Russja t-tnejn akkużaw lil xulxin dwar ‘mijiet ta’ abbużi’ għas-suppost ftehim temporanju għall-waqfien mill-ġlied’….Ftehim li kellu jibqa’ effettiv sa dalgħodu biex jippermetti għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ dan l-avveniment.
Il-militar Ukren qal li l-qawwiet Russi wettqu kważi 3,000 abbuż mindu l-ftehim daħal fis-seħħ nhar is-Sibt wara nofsinar…Sitwazzjoni li fiha nqatlu numru ta’ suldati Ukreni.
Il-Ministeru tad-Difiża Russu, intant, qalu li l-Ukreni abbużaw ‘aktar minn 2,000 darba mill-ftehim’ u fejn huma, allegatament, wettqu numru ta’ kontra-attakki fir-reġjun ta’ Dnipropetrovsk.
Il-President Ukren Volodymyr Zelensky fi tmiem il-ġimgħa kien qal li l-qawwiet tiegħu kellhom jaġixxu ‘skont kif jaġixxi l-militar Russu’ għal dan il-perjodu.
Hu kompla li l-waqfien mill-ġlied, għalkemm qasir, kien jikkorrispondi maż-żmien tal-Għid li għandu jirrifletti sens ta’ paċi u mhux ta’ gwerra.
Zelensky qed jittama li dan il-ftehim ikun anki estiż għall-ġranet li ġejjin ħalli jiffaċilita n-negozjati għall-paċi li jinsabu staġnati wara snin ta’ gwerra mal-qawwiet tal-Kremlin.
Madankollu, ir-Russja, fl-aħħar sigħat, għamlitha ċara li kellha tkompli bl-attakki fuq l-Ukreni matul il-ġimgħa li ġejja.
//= $special ?>

