VALLETTA…………..2
GŻIRA UNITED…….1
Valletta: A.Dos Santos, S. Borg (N. Micallef 77’), A. Zammit (A. Basher 69’), B. Paiber, D. Tavares, Y. Yankam, M. Mbende, Y. Messias (M.Ellul 83’), S. Radix, T.Aldama (T.Melillo 83’), J.Usaga (S. Meijer 83’)
Gżira United: K. Sargent, G. Mentz, D. Abela (I. N’SA 46’), A. Penha Da Costa (N. Cassar 83’), D. Farrugia (A. Borg 64’), L. Riascos, M. Van De Bovenkamp Font, D. Xuereb (J. Bonilla 64’), F. Silvia Virgens
Referee: Glen Tonna
Imwissija: M.Mbende 33’, T. Melillo 90’ (V), D. Abela 28’, G. Mentz 50’, L. Riascos 89’ (G)
Skorjaw: Y. Messias 50’, J. Mendoza Usaga (V), M. Maia (G)
Plejer tal-partita: Jackson Mendoza Usuga ta’ Valletta.
Valletta temmew l-ewwel parti tal-Gozo Weekender b’rebħa fuq Gżira United bl-iskor finali ta’ 2-1. It-tieni parti tal-Gozo Weekender issa tintlagħab il-ġimgħa d-dieħla hekk kif it-timijiet li jinsabu fil-Bottom Six tal-Closing Round se jkunu qed jilagħbu l-partiti kollha fil-Gozo Stadium.
L-ewwel taqsima mingħajr gowls, pero kellna bidu mill-isbaħ għat-tieni taqsima meta l-plejer Brażiljan Yuri Messias qabad il-ballun minn tlett kwarti ta’ grawnd, ġera ftit metri u ttanta xortih minn kważi nofs il-grawnd, bil-plejer jirnexxielu jqabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper Sargent.
Ir-rebbieħa tal-FA Jubilee Cup irdoppjaw l-iskor fit-62 minuta minn gowl ta’ Jackson Mendoza li sab ix-xibka b’xutt sabiħ minn barra ‘l kaxxa minn naħa tax-xellug.
Gżira United kienu kapaċi jnaqqsu l-iskor fit-92 minuta, pero kien tard wisq għal Maroons biex jagħmlu l-iskor indaqs. Il-gowl wasal minn azzjoni rregolari tas-sostitut Melillo fil-kaxxa. Inkariga ruħu mill-penalty il-veteran Maxuell Maia li tefa’ wara Aguero dos Santos.



