Bi kliemu, il-Prim Ministru Robert Abela qed ikompli jżid l-ansjetà, l-inċertezza u l-possibiltà ta’ staġnar – li ma jagħmlux ġid, la għall-ekonomija tal-pajjiż, la għall-amministrazzjoni u lanqas għan-negozju u l-investiment.
Dan intqal mill-editorjal tal-gazzetta ILLUM dwar il-possibiltà ta’ elezzjoni bikrija.
Fejn issemma’ li l-Prim Minisistru żgur qed jikkusnidra l-fattur Alex Borg – hekk kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista diġà wera li, irnexxielu jerġa’ jgħaqqad in-Nazzjonalisti u jattira votanti iżgħar fl-età.
L-editorjal semma’ diversi fatturi li qed jindikaw elezzjoni bikrija fosthom il-fatt li nies tal-Ministri huma aktar attivi fuq id-distrett tagħhom, u ħallew il-Ministeri vojta – xi ħaġa li wkoll tmur kontra l-etika hekk kif il-ħaddiema tal-Ministeru jaħdmu mal-Gvern u mhux mal-Partit Laburista.
L-intsabbiltà, dejjem skont l-editorjal, qed tkompli tiżdied anke minħabba l-fatt li Abela biss jaf x’se jagħmel. U lanqas ta’ madwaru stess ma jafu eżatt.
Dan għaliex Abela hekk iħobb jilgħabhom il-karti; viċin ħafna ta’ sidru ħalli jżomm kontroll sħiħ. B’oħrajn jinsistu ma’ Net News li lanqas lil ta’ madwaru ma jafda.
Intant, il-gazzetta ILLUM qalet li Abela jmissu jgħid ċar u tond x’għandu f’moħħu. U ma jistax jibqa’ jkaxkar u jilgħab bid-data tal-elezzjoni. Wara kollox, l-element ta’ sorpriża spiċċa għal kollox, saħaq l-editorjal – illi jistqasi b’mod mill-aktar ċar jekk il-Prim Ministru hux qed jifhem li hemm limitu għal kollox.
Il-gazzetta ittenni li jekk verament Abela jemmen li l-elezzjoni għandha tissejjaħ meta l-iktar jagħmel sens fl-interess nazzjonali – mela allura l-Prim Ministru għadu jsejjaħ elezzjoni f’Marzu, u mhux issa.
//= $special ?>

