Il-Ministru Clifton Grima qed jirrifjuta li jippubblika r-rapport tal-inkjesta dwar is-sistemi tal-payroll fl-MCAST wara każ ta’ frodi li laħaq it-2.3 miljun ewro.
It-Times of Malta żvelat dan wara li ressqu talba skont il-Liġi għal-Libertà tal-Informazzjoni sabiex jiġi ppubblikat ir-rapport tal-inkjesta li saret b’rabta mal-payroll systems, hekk kif qabel sar magħruf il-każ tal-frodi, kien saħansitra sar rapport mill-Awditur Ġenerali lura fl-2019 li kien wera numru ta’ nuqqasijiet f’dawn is-sistemi tal-pagi – sistemi li minnhom jgħaddu ammonti kbar ta’ flus.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, li r-responsabbiltà tiegħu qegħda f’idejn Clifton Grima, iddikjara li hemm numru ta’ impjegati oħra fl-MCAST li se jkunu qed jaffaċċjaw passi dixxiplinarji wara l-inkjesta li saret dwar dawn is-sistemi, lura f’Jannar li għadda. Dan hekk kif l-inkjesta wriet li hemm diversi nuqqasijiet li jridu jiġu indirizzati.
Iżda minkejja dan, il-Ministru Clifton Grima qed jirrifjuta li jippubblika l-informazzjoni li ħarġet minn din l-inkjesta; wisq anqas il-ħaddiema li se jittieħdu paxxi dixxiplinarji fil-konfront tagħhom.
Kien propju s-sena li għaddiet meta Francine Farrugia ġiet akkużata quddiem il-Qorti Kriminali li ffrodat mat-2.3 miljun ewro mill-MCAST sabiex allegatament tixtri propjetà, karozzi u anke affarijiet tad-ditta.
Qed ikun allegat li dan għamlitu permezz tax-xogħol tagħha bħala senior manager fid-Dipartiment tal-Accounts fl-MCAST bejn Settembru tal-2023 u Mejju tal-2025 – azzjonijiet li donnu ħadd ma xammhom, l-anqas il-Ministeru stess.
Wara li ġie żvelat dan il-każ, l-MCAST kien beda inkjesta sabiex jistabbilixxi n-nuqqasjiet tas-sistemi li ppermettew li jsir dan. Inkjesta, li Clifton Grima ma jridx jippubblika.
//= $special ?>

