Futbol Sport

Fiorentina jiksbu tlett punti prezzjużi kontra Lazio

(Ritratt: EPA)

Rebħa kruċjali għal Fiorentina fil-ġlieda tagħhom kontra r-relegazzjoni hekk kif għelbu lil Lazio 1-0.
Din ir-rebħa ttelahom fil-15-il post tal-klassifika u tkabbar id-distakk minn maż-żona ‘l ħamra għal 7 punti, u hekk kif fdal biss 6 parrtit huwa diffiċli li t-tim storiku jsoffri relegazzjoni mhux mixtieqa.

La Viola rnexielhom jiskorjaw gowl fit-28 minuta permezz ta’ Robin Gosens minn assist tal-Ingliż Jack Harrison.

Il-pożizzjoni ta’ Lazio ma tinbidel xejn hekk kif il-Biancoceleste jibqgħu fid-disa’ post tal-klassifika, b’ebda ċans realistiku li jikkwalifikaw għall-post fl-Ewropa.

Kien staġun xejn sabiħ ukoll għal Lazio, li minkejja li ma kienux fis-sitwazzjoni ta’ Fiorentina fejn għamlu żmien sostanzjali jissieltu kontra r-relegazzjoni, kellhom bosta problemi bejn il-partitarji passjonati tagħhom, u l-President storiku, Claudio Lotito.