Stħarriġ li ħareġ fl-aħħar jiem juri li l-ħaddiema fl-Ewropa huma fost l-inqas stressjati fuq il-post tax-xogħol meta mqabbla mal-kumplament tad-dinja. Madankollu, mhux l-istess jista’ jingħad għall-ħaddiema f’pajjiżna, li rrekordja fost l-ogħla livelli ta’ ansjetà fost il-ħaddiema.
Ir-rapport wera li l-aktar ħaddiema li jesperjenzaw ansjetà (stress) huma dawk fin-naħa t’isfel tal-Ewropa, fejn fil-quċċata hemm il-Greċja b’61% u Malta b’57%. Dan huwa persentaġġ inkwetanti li juri li iktar minn nofs il-ħaddiema f’pajjiżna jsofru mill-ansjetà, b’detriment kemm għal saħħithom kif ukoll għall-produttività.
Huwa inkwetanti wkoll li, għalkemm il-ħaddiema fin-naħa t’isfel tal-Ewropa jsofru minn livell għoli ta’ ansjetà, Malta hija kklassifikata agħar anke mill-ġirien tagħha. Dan ifisser li l-ħaddiema fil-kumplament tal-Ewropa jħossu inqas stress minn dawk f’pajjiżna, b’Ċipru 56%, l-Italja 51%, Spanja 47%, id-Danimarka 19%, il-Polonja 22% u l-Litwanja 23%.
Dan ħareġ minn stħarriġ li għamlet il-kumpanija Gallup, ditta ta’ konsulenza, fost 160 pajjiż madwar id-dinja.
Dan l-istħarriġ, ippubblikat fir-rapport “State of the Global Workplace 2026”, wera madankollu li l-ħaddiema f’Malta huma fost l-aktar li jieħdu interess fuq il-post tax-xogħol.
//= $special ?>

