L-MUT ħabret l-ewwel sett ta’ direttivi għall-gradi tal-letturi fil-Junior College. Id-direttivi jsegwu d-dikjarazzjoni ta’ tilwima industrijali f’Novembru 2025 u n-nuqqas ta’ ftehim mal-Gvern dwar ftehim kollettiv aġġornat u sodisfaċenti. Il-ftehim kollettiv skada f’Diċembru 2023.
Għaldaqstant l-MUT qed tagħti direttivi lill-gradi kollha tal-letturi fil-Junior College biex:
- ma jipparteċipawx fil-laqgħat tal-kumitati;
- ma jipparteċipaw fl-ebda bord, inkluż il-bord tal-Junior College;
- ma jipparteċipawx fil-laqgħat tad-dipartimenti;
- ma jwettqu l-ebda xogħol relatat ma’ kumitati, bordijiet u dipartimenti;
- ma jissottomettux ir-rekords tal-attendenza;
- ma jissottomettux ir-riżultati/marki tal-assessjar.
Id-direttivi jidħlu fis-seħħ l-Erbgħa, 15 t’April 2026. L-MUT se tkun qed tappoġġja l-gradi kollha tal-letturi li se jsegwu din l-azzjoni industrijali.
//= $special ?>

