Lokali

Il-maratona tal-volleyball se tiċċaqlaq għall-MFCC

Matul dan is-sajf, id-Dar tal-Providenza se terġa’ torganizza l-maratona annwali tal-volleyball; avveniment li huwa kruċjali sabiex din l-istituzzjoni jibqa’ jkollha fondi għall-proġetti tagħha, u għar-residenzi li jilqgħu fihom 115-il persuna b’abbiltajiet varji.

Il-maratona se ssir bejn is-16 u t-18 ta’ Lulju li ġej, u se tkun mifruxa fuq 53 siegħa.

Illum tħabbar li għall-ewwel darba, il-maratona tal-volleyball se ssir fl-MFCC f’Ta’ Qali, biex b’hekk se tkun l-akbar maratona li qatt saret mill-aspett loġistiku.

L-organizzaturi qed jitolbu wkoll l-għajnuna ta’ sponsorships ġodda biex jappoġjaw din l-inizjattiva bi skop nobbli.

id-Direttur tad-Dar tal-Providenza Monsinjur Martin Micallef spjega li f’din l-edizzjoni se jerġa’ jiġi offrut divertiment għal kulħadd, mużika, kant, stands tal-ikel u anke zona għat-tfal.