Lokali

Imniedi l-kunċert ‘Tra Cielo e Cinema’

Il-ġimgħa li għaddiet, ġie imniedi l-kunċert ‘Tra Cielo e Cinema’ fis-sede tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette. Waqt ittnedija – serata li se ssir fl-20 ta’ Ġunju fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tas-Surmast ta’ fama mondjali, il-Monsinjur Marco Frisina, u l-prim trumbettista tal-kompożitur ċelebri Ennio Morricone, Nello Salza.

Il-kunċert ġie preżentat mill-President tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette Jonathan Grima, illi spjega kif dan il-kunċert se jinkludi is-sehem tas-Soprana Rosabelle Bianchi, it-tenur Alan Sciberras, il-kor Cappella Caeciliana taħt id-direzzjoni ta’ Abraham D’Amato, kif ukoll isSurmast tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette Mro. Dominic Darmanin.

Il-biljetti jistgħu jinkisbu mis-sede tas-Soċjeta’ stess fi Triq ir-Repubblika jew minn showshappening.com.

Is-serata tal-kunċert se tkun ippreżentata minn Mario Micallef, u se tkun qed tiġi iffilmjata u mxandra fuq Net TV.