Tard it-Tnejn waranofsinhar żewġ Imħallfin ġodda ħadu l-Ġurament tal-Ħatra fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta.
B’din iċ-ċerimonja uffiċjali issa Claire Stafrace Zammit u Bridgette Sultana laħqu Imħallfin fil-Qrati ta’ pajjiżna.


F’messaġġ qasir li wasslu l-Imħallin Claire Stafrace Zammit u Bridgette Sultana wegħdu li ssir ġustizzja bla dewmien esaġerat dan filwaqt li rrimarkaw li fil-kariga ta’ Maġistrati tgħallmu ħafna valuri.
Dan filwaqt li spjegaw ukoll li tkun ġudikant mhix xi ħaġa faċli għaliex trid tgħix f’iżolament iżda fl-istess waqt huwa ta’ unur kbir li sservi f’kariga tant importanti.
Minn naħa tagħha l-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono awguratilhom għal din il-kariga u saħqet fuq l-importanza li l-ġudikant ikompli jimxi b’qalb umana.
//= $special ?>

