Leeds United kisbu rebħa fundamentali li mhux biss tfisser ħafna għas-sapporters minħabba l-valur sentimentali li ġġib magħha in-natura ta din il-logħba, iżda t-tim neo-promoss kiseb tlett punti prezzjużi biex jitbiegħdu sitt punti ‘l bogħod miż-żona tar-relegazzjoni.
Leeds United marru fil-vantaġġ kmieni ħafana fil-partita permezz ta’ gowl mill-eks Milan, Noah Okafor wara 5 minuti logħob, bl-istess Okafar jiskorja kwarta wara.
Manchester United spiċċaw jilagħbu b’għaxar plejers hekk kif Lisandro Martinez intwera l-karta ħamra diretta fis-56 minuta.
Minkejja li raġel inqas, ir-Red Devils irnexxielhom isibu gowl fid-69 minuta permezz ta’ Casemiro, pero ma kienux kapaċi jwettqu r-rimonta.
Leeds United jegħlbu lir-rivali eterni Manchester United


