Wara li l-bieraħ, it-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo kiseb l-aktar rebħa sorprendenti fit-Tazza tad-Dinja, Diviżjoni 2 kontra l-Brażil, bl-iskor ta’ 13-12, illum wara nofs in-nhar kien imiss l-aħħar impenn għal Malta f’din l-edizzjoni li saret f’Malta. L-iskwadra taħt it-tmexxija tal-kowċ Milan Cirovic, lagħbet kontra l-Kanada għad-disa’ u l-għaxar post.
Minkejja li f’din il-kompetizzjoni, Malta kellha xejn anqas minn disa’ plejers mibdula mill-iskwadra li rrapreżentant lil pajjiżna fil-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej li saru f’Jannar li għadda fis-Serbja, it-tim żagħżugħ Malti ta prestazzjonijiet mill-aqwa.
Illum kontra l-Kanada, Malta uriet reazzjoni qawwija fl-aħħar żewġ sessjonijiet iżda minkjejja dan xorta tilfet 14-12. Il-Kanadiżi fetħu vantaġġ ta’ 9-2, iżda l-Maltin reġgħu daħlu fil-logħba iżda finalment tlifna b’differenza ta’ żewġ gowls u spiċċa fl-għaxar post.
Il-Kanada rebħu l-ewwel u t-tieni sessjoni 5-1 u 4-1, b’Malta tirbaħ it-tielet sessjoni 3-2 u l-aħħar taqsima intemmet 7-3.
//= $special ?>

