Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono sellmet il-memorja tas-surmast Aurelio Belli, u irrikonoxxiet partikolarment l-għajnuna li ta lill-Malta Community Chest Fund permezz tat-talent u l-arti mużikali tiegħu.
“Grazzi Aurelio. Kondoljanzi lil martu Gloriana, lil bintu u lill-familjari tiegħu kollha”, qalet il-President ta’ Malta.
L-aħħar tislima lil Aurelio Belli ser issir nhar is-Sibt 18 ta’ April fl-10am fil-Kolleġġjata Bażilika Sant’Elena, Birkirkara.
Fid-8:45am jitlaq korteo mill-Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught’s Own, Birkirkara akkumpanjat mill-banda tal-istess soċjetà. Wara ssir id-difna fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata, Raħal Ġdid.
Waqt il-funeral ser issir ġabra għall-Community Chest Fund, li għamlu tant ma’ Aurelio meta kien qed jissielet mal-mard.
//= $special ?>

