Internazzjonali

Terremot politiku fl-Ungerija: ‘Mewġa blu’ bi tweġiba għall-għoli tal-ħajja u t-tmexxija ta’ Orban

Peter Magyar wasal għat-tragward illi fisser li t-Tisza, il-partit taċ-ċentru lemin, kiseb rebħa storika. Il-mewġa blu ta’ voti madwar il-pajjiż kollu kienet disfatta enormi għall-eks Prim Ministru Viktor Orban.

Tard bil-lejl, Orban ammetta li tilef l-elezzjoni ġenerali li saret il-Ħadd, u wara 16-il sena tat-tmexxija tiegħu, l-elezzjoni ġenerali ntrebħet mill-Partit tal-Oppożizzjoni mmexxi minn Peter Magyar.

Magyar irnexxielu jkaxkar total ta’ 138 siġġu, minn 199 li hemm fil-Parlament. Dan filwaqt li Orban kiseb biss 55 siġġu.

Ir-riżultat qed jitqies bħala sinjal ta’ bidla fid-direzzjoni internazzjonali tal-pajjiż.

Dan ir-riżultat kien ukoll rebħa għall-Partit Popolari Ewropew, li t-Tisza jifforma parti minnu.