Futbol Sport

Vallletta jirbħu l-BOV Youth League A

Valletta saru ċ-champions il-ġodda tal-Bov Youth League Section A hekk kif rebħu l-partita kontra Melita bl-iskor finali ta’ 4-1.

Huma rebħu l-kampjonat minkejja li fadal partita x’tintlagħab. B’dan it-tragward, Valletta kkwalifikaw għall-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Youth Champions League.

Valletta marru fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima permezz ta’ Espana Quinones Jhoan Estiven, biex Melita għamlu l-iskor indaqs qabel tmiem l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima, it-tim mill-kapitali skorja tlett gowls oħra li waslu għar-rebħa storika, li waslu minn Matteo Paolo Grech, Claude Mercieca u gowl ieħor ta’ Espana Quinones Jhoan Estiven.