Lokali

Vukasin Jandric imfittex mill-Pulizija

Nirreferukom għall-paġna tal-Facebook uffiċjali tal-Pulizija “The Malta Police Force” fejn qed
tintalab l-għajnuna tal-pubbliku sabiex tinstab Vukasin Jandric, b’rabta ma’ investigazzjoni li tinsab
għaddejja.

Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub
jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq
in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u
jiġi kwotat in-numru 18/2026.