Lokali

X’inhi l-verità dwar Anton Refalo? Il-ġurnalisti tar-Rai qed ikomplu jinvestigaw

Il-ġurnalisti tar-Rai rritornaw Malta biex ikomplu jesgwu l-każ tal-proprjetajiet li kellu f’Għawdex il-kap tal-mafja Toto Riina. Dan wara li l-Ministru Anton Refalo ħarab il-mistoqsijiet kollha li sarulu l-ġimgħa li għaddiet mill-programm ‘Lo Stato Delle Cose’.

Il-preżentatur Massimo Giletti qal li din hija saga “b’elf misteru”.

F’video li poġġa’ fuq il-midia soċjali, Giletti fakkar kif Anton Refalo dawwar kliemu – l-ewwel qal li l-villa tal-Qala kienet tiegħu, imbagħad iddikjara li l-post qed jikrih mingħand ħaddieħor.

Issa, jidher li r-Rai se jkompli jidħol fil-fond u jikxef il-verità kollha dwar din il-proprjetà li fiha għamel xi żmien jgħix il-boss mafjuż Toto Riina.