Hemm 345 pazjent li qed jistennew hip replacement u li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti. 268 pazjent qed jistennew operazzjoni relatata mad-dahar. Dawn jinkludu laminectomy/decompression, discectomy u fusion.
Matul l-2025 saru 1,214 operazzjoni tat-total knee replacement, 347 operazzjoni relatata mad-dahar, u 247 operazzjoni tal-hip replacement.
Dan intqal fil-Parlament minn Jo Etienne Abela, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiv, meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ian Vassallo.
Jo Etienne Abela qal ukoll li dawn jinkludu persuni li meta ġew ikkuntatjati u m’aċċettawx l-appuntament li rċevew, persuni li ma setgħux jiġu kkuntatjati u persuni li minħabba l-kundizzjoni tagħhom ma jistgħux jiġu operati barra minn Mater Dei.
Id-Deputat Nazzjonalista staqsa lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva; jgħid kemm ilhom jistennew l-aktar, dawk il-pazjenti li qegħdin fuq il-lista għall-operazzjoni tal-irkoppa, bunion, hip u operazzjonijiet relatati mad-dahar kif ukoll meta dawn il-pazjenti ddaħħlu uffiċjalment fuq il-lista ta’ stennija.
//= $special ?>

