Lokali

Drenaġġ: Ġlieda kontra l-ħin biex isibu tarf tal-problema

Il-Gvern, ftit tas-sigħat ilu, bagħat numru ta’ ħaddiema mill-Water Services sabiex jipprova jsib tarf tal-kriżi tad-drenaġġ li qed tiddomina tul ix-xatt ta’ Tas-Sliema. Dan wara li fl-aħħar jiem, diversi stabbilimenti kif ukoll residenti fiz-zona tal-ferries irrappurtaw li kien hemm żbroff kontinwu ta’ drenaġġ.

Din is-sitwazzjoni qed twassal biex fiz-zona ta’ Tas-Sliema qed tiddomina riħ qawwija ta’ ilma baħar kontaminat.

Apparti minn hekk, din is-sitwazzjoni qed tkompli teskala qed kif resqin lejn staġun ieħor turistiku; biz-zona tal-ferries tibqa’ waħda mill-aktar waħda popolari mal-barranin li jkunu qed jaqsmu minn naħa tal-kapitali.