Lokali Parlament

Ebda żieda ta’ mediċini fil-POYC għal min ibati bil-Parkinson’s Disease

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Matul s-sena li għaddiet ma kienx hemm tibdil fil-mediċini relatati mal-Parkinson’s disease fil-POYC.

Dan ikkonfermah Jo Etienne Abela, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiv, meta fil-Parlament wieġeb għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li staqsa jekk kienx hemm żieda ta’ mediċini għal min ibati bil-Parkinson’s Disease fil-POYC matul l-2025, maqsuma xahar b’xahar.