Il-Gvern Taljan issospenda t-trattat tad-difiża li għandu ma’ Iżrael – liema ftehim kien jiżgura għajnuna militari Taljana lill-Iżraeljani.
Din l-aħbar ġabet magħha bosta reazzjonijiet, speċjalment wara li l-Gvern ta’ Georgia Meloni fil-passat deher li kellu relazzjoni tajba mal-Gvern f’Tel Aviv. Madanakollu skont sorsi diplomatiċi Taljani li tkellmu mal-midja Taljana, għamluha ċara li Meloni saħqet li wara l-aħħar kunflitti fir-reġjun tal-Lvant, il-Gvern Taljan iħoss li ma jistax jibqa’ jagħti garanzija ta’ għajnuna dejjiema lil Iżrael.
Ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi ilha għal dawn l-aħħar ġimgħat tiddeterjora – anke wara li l-Gvern Taljan akkuża lill-Forzi Iżraeljani li sparaw fuq missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libanu mmexxija minn uffiċjali Taljani.
Il-Ministru għall-Affarjiet Barranin Taljan Antonio Tajani kkundanna wkoll l-aħħar attakki Iżraeljani li fihom inqatlu wkoll bosta ċivili – Bil-Gvern Iżraeljan jkun kostrett jibgħat għall-ambaxxatur Taljan.
//= $special ?>

