Internazzjonali

Il-mara tal-Prim Ministru soċjalista Spanjol b’akkużi ta’ korruzzjoni

Begona Gomez, il-mara tal-Prim Ministru Soċjalista Pedro Sanchez, qed taffaċja akkużi ta’ misaproprijazzjoni ta’ fondi u fuq korruzzjoni fejn jidħol in-negozju fost l-oħrajn.

Intant wara investigazzjoni li kienet ilha għaddejja sentejn – Il-prosekuzzjoni akkużat lill-mara tal-Prim Ministru Spanjol b’miżaproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi u li użat il-pożizzjoni ta’ żewġha għal skopijiet finanzjarji personali tagħha u tal-familja.

Apparti min hekk qed tkompli wkoll tikber il-pressjoni fuq il-Gvern Soċjalista ta’ Sanchez – li hu ħabib ta’ Robert Abela – anke wara numru ta’ każijiet separati ta’ korruzzjoni fi ħdan il-Gvern tiegħu; tant li bħalissa l-eks Ministru tat-trasport Spanjol u l-assistent tiegħu qiegħdin jidhru f’kawża b’akkużi simili ta’ misaproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi.