Il-Membri tal-Kabinett tal-Labour qed jibqgħu jaħarbu mill-mistoqsijiet dwar l-aħħar xiehda ta’ Chris Fearne fil-Qorti…fil-kawżi kriminali b’rabta mad-deal ta’ Vitals u Steward. Liema deal sfaxxa fix-xejn u ħalla l-poplu Malti mingħajr sptarjiet ġodda u investiment imwiegħed.
Iżda anke wara li Fearne stess taħt ġurament qal li l-Kabinett u Robert Abela kienu magħrfa dwar il-problemi li kienu għaddejjin – il-Gvern Laburista xorta baqa’ joħroġ miljuni kbar ta’ ewro kull sena.
Id-deal tal-Vitals u Steward kien waħda mill-akbar wegħdiet tal-Labour; li ssarfet f’nuqqas ta’ investiment fis-settur tas-saħħa … u strutturi li tħallew snin sħaħ jiddeterjoraw għad-detriment tal-pazjenti Maltin u Għawdxin.

