Il-Ministru Anton Refalo, għat-tieni darba f’temp ta’ ħmistax, reġa’ ħarab lill-ġurnalisti tar-Rai li qed jinvestigaw it-teżor li kellu Toto Riina f’Malta. Każ li skont il-media Taljana ħoloq kaos totali, bil-preżentatur Massimo Giletti jinsisti li din l-istorja qed tikxef fatti inkredibbli – u jispera li l-Pulizija diġa’ qegħda tinvestigahom.
Ir-Rai reġa’ prova jieħu l-verżjoni tal-fatti skont Anton Refalo. Iżda l-Ministru, ma kienx disponibbli.
Ir-Rai qed jgħidu li din hija storja tassew inkredibbli li kixfet kif Toto Riina kellu żewġ proprjetajiet f’Għawdex. U huma se jkomplu jesgwu dan il-każ mill-viċin.
//= $special ?>

