Lokali

“Il-pensjonanti jixirqilhom jgħixu b’dinjità” – Alex Borg

Ritratt: Martin Agius

“Il-pensjonanti huma prijorità u jixirqilhom jgħixu b’dinjità, sigurtà u serħan tal-moħħ.”

Kien dan il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg f’laqgħa li kellu mar-rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Pensjonanti f’Malta.


Id-diskussjoni ffukat fuq l-isfidi reali li qed jaffaċċjaw il-pensjonanti llum, b’mod partikolari l-fatt li l-pensjonijiet m’għadhomx biżżejjed biex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja tal-lum. Ġew diskussi wkoll materji oħra relatati li jolqtu direttament il-kwalità tal-ħajja tal-pensjonanti.


Il-Partit Nazzjonalista huwa impenjat li jkompli jaħdem u jressaq soluzzjonijiet konkreti biex jgħin lill-pensjonanti, sabiex ikunu jistgħu jgħixu b’dinjità u b’serħan tal-moħħ f’soċjetà li tagħraf tassew il-kontribut tagħhom.

Għal din il-laqgħa attenda wkoll ix-Shadow Minister għall-Fondi Ewropej u s-Sigurtà Soċjali, Graham Bencini