Lokali

Il-PN kien ilu xhur li ħareġ bil-proposta tal-Priority Boarding

“L-inizjattiva tal-Priority Boarding tagħmel sens u ma naħsibx li se toħloq kunflitt.”

Kien dan il-mod li bih il-Ministru għat-Turiżmu Ian Borg faħħar l-inizjattativa tal-Priority Boarding fis-servizz tal-Fast Ferry li propona l-Partit Nazzjonalista stess propjru ftit xhur stess.

Madwar sena ilu il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista, Frank Anthony Tabone stqarr li numru ta’ studenti, ħaddiema u l-Għawdxin kollha li jivvjaġġaw lejn Malta b’mod regolari għandhom jingħataw priority boarding sabiex jevitaw li jagħmlu sigħat twal jistennew fil-kjuwijiet taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr – kemm biex jirkbu l-vapur mill-aktar fis possibbli u anke l-fast ferry.

Fuq kollox dawn in-nies jaqsmu lejn Malta għall-bżonnijiet essenzjali ta’ xogħol, edukazzjoni u saħħa, fost materji oħrajn.

Fakkar ukoll fil-wegħda li għamel il-Partit Nazzjonalista li ġaladarba jkun fil-Gvern mhux biss se jinvesti fir-raba’ vapur imma wkoll fil-ħames vapur u l-infrastruttura tat-terminal tal-Imġarr f’Għawdex.

L-istess proposta tal-priority boarding saret ukoll mill-kandidat Beppe Galea.

Il-Partit Nazzjonalista fil-fatt ilu jisħaq li l-konnnessjoni bejn Malta u Għawdex m’għandhiex tkun sfida. Iżda għandha tkun servizz effiċjenti b’mod partitkolari għall-dawk li jgħixu f’Għawdex u għall-Maltin u t-turisti li jaqsmu regolarment.