“It-tender tal-underground bins għadu ma ħariġx.”
Din l-ammissjoni waslet mis-Segretarju Parlamentari għall-Indafa pubblika, Glenn Bedingfield meta kien mistieden max-Shadow Minister Eve Borg Bonello fuq TVM, fejn fakkret kif kien proprju l-Partit Nazzjonalista stess li lura fl-2019, fil-programm elettorali għall-kunsilli lokali kien propona li jsiru tali bins tal-iskart taħt l-art f’żoni turistiċi u residenzjali.
Qalet ukoll kif it-tender biex isir dan il-proġett, ħareġ proprju wara li f’Awwissu li għadda, il-Partit Nazzjonalista ppreżenta d-dokument ta’ konsultazzjoni “Innaddfu lil Malta” – li fih kien jinkludi il-proposta tal-bins taħt l-art.
Mitlub biex jikkonferma jekk it-tender ħariġx għall-ismart bins jew l-underground bins, Glenn Bedindfield ammetta li t-tender ħareġ proprju għall-ismart bins biss – filwaqt li dak tal-underground bins għadu ma ħariġx.
Eve Borg Bonello tkellmet ukoll dwar l-impjant Waste to Energy li l-Partit Nazzjonalista ilu jisħaq dwaru għal dawn l-aħħar għaxar snin.
Proposta li għall-bidu l-Partit Laburista kien kontriha. Iżda mbagħad fl-2018 ħareġ tender li kompla joħroġ għal diversi drabi. Tender li sewa fuq 600,000,000 ewro.
Fil-fatt, dan it-tender spiċċa mifni b’akkużi serji u bi proċeduri ta’ appell minħabba l-allegazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess.
//= $special ?>

