Futbol Sport

PSG fis-semi finali u jkompli jiddefendu t-titlu… Atletico Madrid jeliminaw lil Barcelona

Paris Saint-Germain eliminaw lil Liverpool wara rebħa ta’ 2-0 f’Anfield, b’Ousmane Dembélé jkun l-eroj tal-lejla hekk kif skorja żewġ gowls u ssiġilla l-kwalifikazzjoni għat-tim Pariġin. PSG komplew fuq il-vantaġġ tal-ewwel leg u għaddew b’mod konvinċenti għall-fażi li jmiss.

F’konfront ieħor, FC Barcelona rebħu 2-1 kontra Atlético Madrid f’logħba intensa, iżda xorta waħda ġew eliminati fuq aggregate. Barcelona skorjaw permezz ta’ Ferran Torres u Lamine Yamal, iżda l-vantaġġ aggregate ta’ Atlético kien biżżejjed biex huma jkomplu għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni.