Lokali

Rabja mir-residenti tas-Swieqi għall-pont li qed jiġi propost

Fil-bidu ta’ Marzu is-Sidku ta’ Pembroke kien ħabbar fuq Facebook li se jsir pont pedonali bejn Pembroke u Swieqi.

Net News jinsab infurmat li l-Kunsill tas-Swieqi ma kellu l-ebda ħjiel dwar dan il-proġett. U mill-ewwel kitbu lill-Ministru u lill-Kap Eżekuttiv Steve Ellul, għal aktar taghrif. Iżda risposta ma waslitx.

Wara insistenza, il-Kunsill tas-Swieqi ngħata laqgħa mas-CEO ghas-27 ta’ Marzu – li ġiet posposta ghad-9 ta’ April.

Waqt din il-laqgħa, il-Kunsill tas-Swieqi informa lil Steve Ellul li ma jaqbilx mal-post fejn qed jiġi propost il-bridge u proponew underpass f’zona aktar popolari. Infurmawh ukoll li r-residenti li joqgħodu fil viċin huma kontra dan il-proġett u li sa dakinhar kien hemm mal-55 oġġezzjoni.

Net News jinsab infurmat ukoll li kollox se jibqa’ kif inhu, għaliex il-Gvern determinat li jżomm dan il-pont. U llum il-Kunsill Lokali se jagħmel laqgħa mar-residenti.