Lokali

Raġel arrestat f’San Pawl il-Baħar fuq 8 qratas eroina u serq ta’ mobile

Fil-ġurnata tat-Tnejn, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu waqt li żewġ uffiċjali mill-Patrol &
Community Support kienu waqt ronda bil-pass fi Triq il-Boxxla, f’San Pawl il-Baħar, innutaw
raġel ta’ 22 sena, li kien imfittex mill-Pulizija b’rabta ma’ involviment f’serqa ta’ mobile, li
seħħet madwar xahar ilu, minn ħanut f’San Pawl il-Baħar stess.

L-uffiċjali talbu l-assistenza tal-kollegi, fejn il-pulizija marru fuq il-post u waqqfu lir-raġel, fejn
minn tfittxija li saret fuqu nstabu 8 qratas b’sustanza suspettata eroina. Il-pulizija wettqet
ukoll tfittxija fir-residenza tar-raġel f’Ħaż-Żebbuġ fejn hemmhekk sabu sustanza suspettata
ħaxixa tal-kannabis. Ir-raġel ġie arrestat fuq il-post fejn mistenni jitressaq il-qorti fil-ġranet li ġejjin