Raġel ta’ 27 sena li residenti Ħal Tarxien, indarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu tal-għamla Honda u waqa’.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2:45 pm, fi Vjal l-Avjazzjoni, Ħal Luqa.
Fuq il-post issejħu l-pulizija u tim mediku sabiex jassistu. Aktar tard ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

