Raġel ta’ 36 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli b’serq aggravat, ħtif, u li kkawża ġrieħi ħfief.
Huwa ġie akkużat ukoll li kiser probation u kundizzjonijiet ta’ ħelsien mill-arrest.Omar Joseph Trabelsi, miz-Żurrieq, qal li kien jaħdem fil-kostruzzjoni iżda jinsab bla xogħol.Huwa jinsab akkużat li kien involut f’serqa li seħħet fl-10 ta’ April bejn il-5pm u s-7pm fi Triq San Pawl, il-Marsa.Skont il-pulizija, il-vittma qal li waqt li kien miexi il-Marsa għall-ħabta tas-6.30pm, mara resqet lejh u talbitu jgħinha ċċaqlaq xi affarijiet, u daħħlitu fid-dar tagħha.
Hemmhekk sab żewġ irġiel oħra. Dawn allegatament għalqu l-bieb u wara ġie attakkat u mhedded. Qal li serqulu xi flus u mowbajl.Qal ukoll li wieħed mill-irġiel kellu injama. Wara li tefgħuh ‘il barra mid-dar mar minnufih jagħmel rapport l-għassa.Il-prosekuzzjoni talbet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.
Ma saret l-ebda għall-ħelsien mill-arrest.


