Il-UHM Voice of the Workers ħabbret ir-riżenja ta’ Mario Sacco mill-kariga tiegħu ta’ Direttur. Matul is-snin ta’ servizz tiegħu, Sacco ta kontribut konsistenti fil-qasam tat-trade unjonistiku, fejn ħadem biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol.
Il-UHM Voice of the Workers, fi stqarrija, esprimiet rikonoxximent u gratitudni sinċiera lejn Mario Sacco għas-servizz u l-professjonalità tiegħu matul il-karriera twila ta’ 26 sena. Huwa serva fil-karigi ta’ Segretarju Taqsima Ħaddiema tal-Gvern, Assistent Direttur, u minn Diċembru 2021 fil-kariga ta’ Direttur.
Bħala parti minn proċess ta’ kontinwità u tisħiħ fl-istrutturi tagħha, il-UHM Voice of the Workers tħabbar li Isabelle Farrugia nħatret bħala Deputy Chief,Executive Officer. Fl-istess waqt, Kenneth Abela nħatar bħala Acting Director.
Il-UHM Voice of the Workers hija fiduċjuża li dawn il-ħatriet ġodda se jkomplu jsaħħu l-ħidma tal-organizzazzjoni u jirriflettu l-viżjoni tal-UHM li tkompli timxi ’l quddiem.
Fl-aħħar nett, il-UHM Voice of the Workers tawgura lil Mario Sacco kull suċċess fil-futur tiegħu, filwaqt li lil Isabelle Farrugia u lil Kenneth Abela tawguralhom kull suċċess fil-karigi l-ġodda tagħhom.
Rikonoxximent u awguri mill-UHM Voice of the Workers


