Numru ta’ djar fl-inħawi ta’ Triq l-Għamad, is-Swieqi, qed ikollhom il-vultaġġ jitla’ u jinżel ta’ spiss.
Id-Deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut qajjem din il-problema fil-Parlament u staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika; tgħid x’qed iwassal biex numru ta’ djar fl-inħawi ta’ Triq l-Għamad, is-Swieqi, qed ikollhom il-vultaġġ jitla’ u jinżel ta’ spiss. Intalbet tgħid ukoll meta hu ppjanat li din il-problema tissolva għal kollox.
Il-Ministru Miriam Dalli wieġbet li l-Enemalta rċeviet ilment mingħand konsumatur wieħed fit-triq indikata fil-mistoqsija u li l-problema qiegħda tiġi indirizzata.
//= $special ?>

