Lokali Qorti

Xahar ħabs sospiż għal żagħżugħ li ħareġ għarwien fl-Isla

Sean Graham Purves, Skoċċiż ta’ 18-il sena kien ikkundannat xahar ħabs sospiż għal 3 xhur wara li ammetta fil-Qorti li kien miexi għarwien fi Triq Sant’Anġlu, fl-Isla.

Il-każ seħħ fit-13 ta’ April li għadda għall-ħabta tal-4:15pm meta persuna li kienet għaddejja mill-istess triq meta seħħ ir-reat lemħet lir-raġel u infurmata lill-pulizija – u aktar tard  bl-għajnuna tal-Kunsill Lokali raw filmati minn kameras fl-inħawi.

Fil-filmati, ż-żagħżugħ deher dieħel f’residenza fil-qrib u l-pulizija marru fil-post u arrestawh.

Fil-Qorti, iż-żagħżugħ ammetta – bid-difiża qalet li kien qed jiddeverti ma’ sħabu u dak li għamel kien biss ċajta.

Apparti x-xahar ħabs sospiż għal 3 xhur, il-Maġistrat Monica Vella immultatu €100.