Lokali Parlament

52 rapport ta’ stupru fuq nisa fl-2025

Saru 52 rapport ta’ stupru fuq nisa matul is-sena 2025. Dan ifisser li matul is-sena li għaddiet sar medja ta’ rapport ta’ stupru fuq nisa fil-ġimgħa.

Dawn il-każijiet ta’ stupru tahom fil-Parlament Byron Camilleri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; għal interpellanza tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.

Jirriżulta wkoll li matul il-perjodu bejn Lulju 2022 u l-aħħar ta’ Diċembru 2025, ġew irreġistrati tliet każi fejn kien hemm femiċidju. F’wieħed minn dawn il-każi, il-persuna responsabbli ma tressqitx quddiem il-qorti peress li kienet mejta, filwaqt li fiż-żewġ każijiet l-oħra, persuni tressqu quddiem il-qorti fuq akkużi u provedimenti ta’ din il-liġi.