Internazzjonali

App mill-UE biex jiġu protetti t-tfal

Il-Kummissjoni Ewropea preżentat App sabiex it-tfal jiġu imħarsa minn ċertu pjattaformi tal-media soċjali.

Din l-app se tkun intiża biex tivverifika l-età ta’ min ikun qed juża dawn il-pjattaformi.

Jidher li l-app se tkun imnedija fuq fażi inizjali ta’ studju, sakemm imbgħad tinfirex mal-pajjiżi kollha tal-UE. U s-sistema se taħdem billi titlob l-età minima meħtieġa biex taċċessa ċertu kontenut.

Is-sistema se tkun qed titlob ukoll verifikazzjoni bl-użu ta’ dokument uffiċjali.