Futbol Sport

Floriana punt bogħod mir-rebħ tal-Closing Round … tliet punti importanti għal Mosta

(Ritratt: Joe Borg)

MARSAXLOKK…………. 1

FLORIANA……………….. 3

Marsaxlokk: C. Mafoumbi, O. El Hasni, E. Pepe, N. Muscat, I. Christie-Davies (R. Mihana 61’), R. Linden (J. Kirby 61’), J. Corbalan, U. Arias, J. Ailton Soares (E. Attard 83’), L. Aguirre, D. Simkus (T. Caruana 74’)

Floriana: G. Cioletti, M. Beerman, F. Varela, D. Vella, A. Kurtalic (K. Dervisagic 75’), O. Spiteri, C. Zammit Lonardelli (K. Mabea 75’), C. M’Mombwa (A. Abreu 85’), I. Mendonca, P. Mbong (Z. Scerri 85’), R. Areias (M. Jah 64’)

Imwissija: O. Spiteri 21’ (F), D. Simkus 38’, N. Muscat 78’ (M)

Skorjaw: J. Ailton Soares 7’ (M), F. Varela 13’, 53’, P. Mbong 42’ (F)

Referee: Matthew Degabriele

Floriana jinsabu punt bogħod milli jaċċertaw li jispiċċaw il-Closing Round fl-ewwel post wara rebħa oħra din id-darba fuq Marsaxlokk. Għax-Xlukkajri din kienet opportunità mitlufa li jitilgħu waħedhom fit-tieni post.

Kienu Marsaxlokk li fetħu l-iskor wara seba’ minuti permezz ta’ JORGE AILTON SOARES li qabad id-difiża avversarja fuq sieq waħda u skorja b’xutt għar-rokna. Reazzjoni immedjata minn Floriana li ġabu d-draw fit-13-il minuta wara li FEDERICO VARELA ħa vantaġġ minn indeċiżjoni fid-difiża u xeħet fix-xibka mill-qrib.

Floriana marru fil-vantaġġ fit-42 minuta b’xutt ta’ PAUL MBONG li kien imxellef ftit u qarraq b’Mafoumbi. Il-Furjaniżi skorjaw it-tielet gowl fit-53 minuta b’xutt fil-baxx ta’ FEDERICO VARELA.

MOSTA………………………… 2

ŻABBAR ST PATRICK…… 1

Mosta: D. Udoh Akpan, N. Portelli, G. Goncalves (C. Diamanka 90+3’), J. da Silva Dias, N. Agius (B. Farrugia 81’), P. Chibuzor, C. Oderinde, W. Filipe, P. Cacho Alves da Silva (A. Kozic 90+3’), J. Vassallo, L. Fernandes da Silva

Żabbar: I. Colombo, B. Gomes Figueiredo (R. Scicluna 84’), P. Cejas (L. Rodrigues Mota 84’), B. Gambarte, N. Agius, J. Micallef, A. Majok (M. Fontanella 64’), S. Jovancic, Z. Leonardi, V. de Paiva (Y. Im 74’), K. Scicluna

Imwissija: L. Fernandes da Silva 41’, N. Agius 73’ (M), B. Gomes Figueiredo 45+1’ (Ż)

Skorjaw: P. Chibuzor 45+1’, A. Kozic 90+5’ (M), M. Fontanella 90+2 pen (Ż)

Referee: Ishmael Barbara

Rebħa importanti għal Mosta li permezz tagħha resqu viċin it-timijiet ta’ fuqhom għalkemm għadhom fl-aħħar post tal-klassifika. Fuq in-naħa l-oħra, Żabbar St Patrick issa ntlaħqu minn Tarxien Rainbows fil-post ta’ qabel tal-aħħar.

Mosta marru fil-vantaġġ fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima b’gowl tal-attakkant PRINCE CHIBUZOR. Il-Mostin gawdew dan il-vantaġġ tul it-tieni taqsima sakemm is-sostitut MARIO FONTANELLA ġab id-draw fit-92 minuta. Madankollu kien is-sostitut l-ieħor AZER KOZIC li kien għadu kemm daħal jilgħab li skorja l-gowl tar-rebħa fil-95 minuta.