ĦAMRUN SPARTANS…… 0
GŻIRA UNITED……………… 1
Ħamrun: H. Bonello, R. Compri, S. Xerri, V. Polito, I. Inzoudine (E. Bruno Domingos 12’), O. Bjelicic, M. Guillaumier, M. Garcia (J. Robert 64’), J. Mbong, M. El Fanis (D. Bulevardi 79’), D. Ceter (B. Eleke 64’)
Gżira: E. Colombo, C. N’Sa, G. Mentz, M. Stojanovic, C. Failla, L. Riascos (F. Silva Virgens 46’), A. Borg (D. Farrugia 89’), D. Xuereb (S. Martinez Perlaza 89’), S. Bastic (B. Borg 78’), J. Bonilla Calderon (A. Penha da Costa 78’), M. Maia
Imwissija: L. Riascos 23’, A. Borg 88’ (G), D. Ceter 38’, V. Polito 64’, O. Bjelicic 83’ (Ħ)
Skorja: M. Maia 99’ (G)
Referee: Ezekiel Barbara
Gowl fl-aħħar sekondi tal-logħba kkundanna lil Ħamrun Spartans għat-tielet telfa konsekuttiva fil-kampjonat. Dan kien l-ewwel u l-uniku gowl skorjat bejn Ħamrun u Gżira United fit-tliet konfronti milgħuba f’dan l-istaġun. Għall-Gżirjani dawn it-tliet punti fissru ritorn għar-rebħ wara żewġ telfiet konsekuttivi fil-kampjonat.
L-ewwel taqsima kienet bilanċjata iżda nieqsa ftit mill-azzjonijiet perikolużi. Gżira kienu għoddhom marru fil-vantaġġ fit-72 minuta b’gowl ta’ Maxuell Maia li kompla għal ġewwa wara kross mil-lemin tas-sostitut Fabricio Silva Virgens iżda gowl tħassar permezz tal-FVS wara li ġie ġġudikat li Maia mbotta lil Rafael Compri fl-azzjoni tal-gowl.
Fl-aħħar perjodu ż-żewġ naħat kellhom l-okkażjonijiet tagħhom iżda proprju fl-aħħar azzjoni tal-logħba fid-99 minuta Gżira skorjaw il-gowl tad-draw. F’attentat ta’ Ħamrun li jattakkaw, id-difiża nqabdet fuq sieq waħda u b’passaġġ intelliġenti, is-sostitut Brooklyn Borg sab lil MAXUELL MAIA li avvanza u għeleb lil Henry Bonello b’xutt fil-baxx.

NAXXAR LIONS……….. 1
VALLETTA…………………. 1
Naxxar: M. Debono, T. Seara Kruger, G. de Campos Goncalves, N. Pace Cocks, E. Farias, D. Letherby (S. Bugeja 68’), G. Costa Goncalves, C. Kontchou Nganmini (Y. Montero Manzano 81’), V. Ferreira de Jesus, A. Guehi, J. Moura Cardoso
Valletta: A. Maringa, S. Radic, E. Mbende, N. Micallef, T. Aldama, B. Paiber (S. Brewer 86’), J. Azzopardi, Y. Yankam (J. Mendoza 55’), D. Tavares, Y. Messias (M. Ellul 64’), A. Zammit (A. Basher 55’)
Imwissija: E. Mbende 90+1’ (V), N. Pace Cocks 90+9’ (N)
Tkeċċa: T. Aldama 63’ (V)
Skorjaw: D. Tavares 24’ (V), N. Pace Cocks 90’ (N)
Referee: Daniel Casha
Gowl lejn it-tmiem salva punt lil Naxxar Lions kontra Valletta. Dan kien l-ewwel punt miksub min-Naxxarin kontra Valletta f’dan il-kampjonat, riżultat li ħalla lil Naxxar fis-sitt post filwaqt li ċaħħad lil Valletta milli jaqbżu lil Ħamrun fil-klassifika.
Valletta marru fil-vantaġġ fl-24 minuta b’konklużjoni fil-baxx u għar-rokna ta’ DIOGO TAVARES. Fit-tieni taqsima, Valletta kellhom ikomplu l-logħba b’raġel anqas wara li tkeċċa Thaylor Aldama fit-63 minuta. Naxxar ħadu vantaġġ mis-superjorità numerika u għamlu l-iskor indaqs fid-90 minuta b’gowl ta’ NEIL PACE COCKS.
//= $special ?>

