Lokali Parlament

It-traffiku f’Malta hu t-tieni l-agħar fid-dinja

... u ma jintqalx x’miżuri qed jittieħdu biex jittaffa t-traffiku f’Malta

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi; ma qalx fil-Parlament x’miżuri konkreti qed jieħu biex itaffi t-traffiku f’Malta, fid-dawl tal-fatt li skont l-indiċi tat-TomTom, it-traffiku f’Malta huwa t-tieni l-agħar fid-dinja.

ll-Ministtru Chris Bonett qal biss li l-informazzjoni li ressqet u talbet id-Deputat Nazzjonalista Graziella Attrard Previ tingħata f’seduta oħra.

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċ l-anqas ma qal x’miżuri konkreti qed jieħu biex itejjeb is-sistema tat-trasport pubbliku f’pajjiżna u jiżgura li t-trasport ikun iktar puntwali, ta’ min joqgħod fuqu (reliable) u komdu (mhux iffullati bin-nies).

Qal biss li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.