Lokali Qorti

Jammetti li weġġa’ gravi lil raġel f’argument

Alex Galea ta’ 32 sena residenti Birżebbuġa ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li weġġa’ ġravi raġel ieħor b’arma irregolari, għamel ħsara lill-propjetà tiegħu u kiser il-paċi pubblika f’inċident li jmur lura għall-2022.

Galea ammetta li fis-17 ta’ Mejju ta’ erba snin ilu, kien kkawża ferita f’idejn il-vittma. Dan filwaqt li kkaġuna ħsara fil-propjetà tal-vittma li tammonta bejn €250 u €2,500.

Il-Qorti kkunsidrat l-ammissjoni ta’ ħtija ta’ Galea u għalhekk kkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin, filwaqt li ordnat ħlas favur il-vittma ta’ €400 bħala kumpens.