Il-Partit estremista Ġermaniż Alternadive for Deuschland qed iwiegħed li se joffri lezzjonijiet b’xejn tar-Russu.
Din hija waħda mill-proposti li ħarġu mill-Kungress tal-AfD, hekk kif dan il-partit qed ilaqqa’ lin-nies biex joħroġ il-manifest għall-elezzjonijiet statali.
L-AfD qed jipprova joffri theddida lill-partiti l-kbar fil-Ġermanja. Iżda fl-istess waqt qed ikun akkużat li l-politiċi tiegħu qed jimbuttaw biss policies li huma estremisti u li kapaċi jieħdu lill-Ġermanja lejn il-politika tas-seklu l-ieħor.
//= $special ?>

