PROFILI tal-lejla se jkun qed ilaqqana’ ma’ Maria Grech Ganado. Il-poetessa se taqsam magħna għadd ta’ esperjenzi tat-tfulija, li anki jwassluha sal-Ingilterra. L-imħabba lejn il-qari hija kbira, bil-profil se tgħidilna anki dwar l-istudju tagħha, li wassalha mhux biss għall-kitba, imma li tkun l-ewwel lecturer full-time femminili fl-Università ta’ Malta.
Illum ma niddejjaqx nitkellem fuq il-Bipolar disorder, għax naf li meta nitkellem qed inqajjem aktar kuxjenza
Maria Grech Ganado se tiddiskuti wkoll il-kitbiet tagħha, u kif anki akkademiċi kollegi ma bdewx jemmnu li Maria qed tikteb bil-Malti.
L-esperjenzi sbieħ u koroh tal-ħajja, illejla se jinħarġu fi PROFILI, minn rakkonti minn fuq il-Fosos tal-Floriana, fejn trabbiet il-profil għal diskussjoni ta’ kif wieħed jista’ jassisti lil ħaddieħor f’mumenti diffiċli.
PROFILI għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, u l-programm tal-lejla għandu muntaġġ ta’ Philip Grech.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki fuq Spotify.



