Il-Ministru Anton Refalo mhux qed iħallas il-kirja.
Dan ikkonfermah il-Prim Ministru Robert Abela meta kien mistoqsi mill-ġurnalisti l-Erbgħa waranofsinhar dwar jekk, minkejja li għalaqlu l-kuntratt fl-2018 u ma semax minn sid il-post għal dawn l-aħħar 8 snin, hux qed jiddepożita l-kirja x’imkien.
Bil-Prim Ministru jispjega li huwa ovvju li Anton Refalo mhux qed iħallas il-kirja tal-post fil-Qala….u li ilu jagħmel dan għal dawn l-aħħar 8 snin.
Tul il-jum tat-Tlieta mal-ġurnalisti, l-istess Anton Refalo spjega li l-post kien beda jikrih fl-2002 bil-kuntratt jiskadielu fl-2018.
Din hija l-istess villa li għamel xi żmien jgħix fiha Toto Riina, u li Rai qabdu lil Refalo dieħel fiha b’inkwadru kbir ta’ pittura.
L-istess Anton Refalo ta x’jifhem li m’għandux idea sid il-post hix ħajja jew mejta. Dan hekk kif fl-aħħar 8 snin ma semax la mill-propjetarja, li hi Taljana minn Brescia, u lanqas mill-werrieta tagħha.
//= $special ?>

