Ir-raġel li ġab fi tmiemu ir-reġim ta’ Viktor Orban diġa’ jinsab preparat biex mill-4 ta’ Mejju jlaqqa’ l-Parlament il-ġdid.
Dan iddikjarah Peter Magyar, ir-rebbieħ tal-elezzjoni ġenerali fl-Ungerija, hekk kif tul il-jum kellu laqgħa mal-President tal-pajjiż.
Magyar, li għandu 45 sena, irid ukoll li anke l-President innifsu jwarrab għaliex fi kliemu “mhuwiex simbolu ta’ unità nazzjonali”.
Apparti minn hekk, il-Prim Ministru l-ġdid għaddej b’kampanja biex iżarma s-servizz ta’ xandir nazzjonali u joħloq awtorità ġdida li tassigura l-libertà fix-xandir pubbliku.
//= $special ?>

