L-Awtorità tal-Ippjanar kienet għaddiet il-permess biex jinbena l-pont pedonali f’Tal-Pietà; pont li inizzjalment kien parti mill-Imsida Creek Project u li eventwalemnt kien hemm qbil biex dan jitneħħa wara l-pressjoni li saret kemm mill-Kunsilli Lokali tal-Imsida kif ukoll minn diversi għaqdiet ambjentali.
Fis-6 ta’ April, l-Awtorità tal-Ippjanar tat il-permess mill-ġdid għal dan il-pont, mingħajr ma saret l-ebda konsultazzjoni mal-kunsilli taż-żewġ lokalitajiet, jiġifieri dak tal-Imsida u dak Tal-Pieta, hekk kif din il-lokalità spiċċat daħlet parti minn dan il-proġett.
Mhux hekk biss iżda lanqas ir-residenti ma ġew ikkonsulatati minkejja li huma l-iktar li se jiġu affetwati hekk kif dan il-pont se jsarraf fi problemi ta’ sigurtà, storbju u dawl kontinwu anke matul il-lejl – kif ukoll minħabba li dan se jkun ta’ ostaklu, b’riżultat li ser jgħatti l-vedutta kollha li dawn ir-residenti għandhom.
Issa, anke l-Prim Ministru spiċċa ammetta li proġett bħal dan ċertament li se joħloq inkonvenjenza għal uħud. Iżda xorta se jibqa’ għaddej romblu minn fuq ir-residenti.
Il-permess inħareġ lil Steve Ellul f’isem Infrastructure Malta; turija ċara li l-Ministru Bonnet mar lura minn kelmtu hekk kif dan kien wiegħed li qabel ma jsir xi tibdil f’dan il-proġett kienet se ssir konsultazzjoni mal-kunsilli lokali – xi ħaġa li ma saritx.
Intant, għal din l-applikazzjoni kemm il-Kunsill Lokali tal-Pietà kif ukoll tal-Imsida mhux qed jaqblu ma tali pont….b’mod mill-aktar unanimu, jiġifieri kemm kunsillieri Nazzjonalisti kif ukoll dawk Laburisti huma kontra dan il-pont pedonali.
//= $special ?>
