Wara li l-ġurnalisti u l-PN staqsew dwar il-każ ta’ Totò Riina, il-proprjetà fil-Qala u l-Ministru Anton Refalo li kien inqabad mill-cameras Taljani skomdu għall-aħħar jaħrab mid-domandi… id-Deputat Mexxej Labusita Alex Agius Saliba kien qal li dawn huma affarijiet tal-iffissati u l-morda. U sa issa, baqa’ jiġġustifika dan il-lingwaġġ, għaliex qed jgħid li l-kelma “morda” tintuża fil-lingwa.
Ftit tal-jiem ilu, Alex Agius Saliba qal li l-Partit Nazzjonalista kien iddeċieda li jagħmel tiegħu l-istorja… għaliex il-ġurnalisti bdew jistaqsu.
Madanakollu l-Erbgħa waranofsinhar hu qal li fl-ebda mument ma għajjar lill-ġurnalisti jew lil partitarji Nazzjonalisti.
Mistoqsi għalfejn uża l-kelma morda jew x’ried ifisser biha, hu qal li fil-lingwa Maltija hekk jingħad. U ġab eżempju kif hu ġieli jindirizza lil ommu fuq l-indafa.
//= $special ?>

