Lokali

Anzjana tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn fork lifter fil-Furjana

Anzjana ta’ 80 sena weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn fork lifter fil-Furjana.

L-inċident seħħ il-Ħamis filgħodu għall-ħabta tal-11:00, f’Xatt Pinto, il-Furjana

Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li Ingliża ta’ 80 sena kienet intlaqtet minn Fork Lifter misjuq minn raġel ta’ 30 sena residenti l-Marsa.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-mara għall-kura fl-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard hija ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.